Fil-Malta Fairs & Convention Centre (MFCC) f’Ta’ Qali, il-Ħamis, l-aġenzija tal-Gvern il-MITA se tkun qed ittella’ l-ħames edizzjoni ta’ Cyber Root, konferenza nazzjonali marbuta mas-cybersecurity f’Malta organizzata min-National Cybersecurity Coordination Centre (NCC) taħt l-awspiċi tal-istess MITA.
L-għan hu li nies professjonali fil-qasam ikunu aktar informati fil-qasam bil-parteċipazzjoni ta’ diversi esperti fl-industrija kollha miġburin taħt saqaf wieħed.
Fl-attività ta’ din is-sena, il-Kap Eżekuttiv tal-MITA, l-Inġinier Emanuel Darmanin, se jkun qed iniedi skema mmirata biex issaħħaħ is-sistema tal-ekosistema nazzjonali tas-cybersecurity. Iċ-Chief Technical Officer u Kap tas-Sigurtà Jonathan Cassar se jkun qed jippreżenta fid-dettal l-iskema li għandha tinteressa lill-entitajiet legalment stabbiliti f’Malta, bħal kumpaniji u self-employed, fost oħrajn.
Kull min se jattendi jkollu opportunità unika biex jiskopri aktar f’dan is-settur u fl-istess waqt jikseb diversi esperjenzi kemm minn professjonisti lokali kif ukoll minn dawk barranin. Minbarra hekk din il-konferenza se sservi ta’ vetrina tal-aħħar xejriet dinjin bħalissa.