Fit-tieni partita tal-Ħadd fic-Centenary Stadium Sliema Wanderers kisbu rebħa minima iżda importanti ta’ 1-0 kontra Santa Lucia, liema rebħa poġġeithom fit-tielet post ma’ Marsaxlokk b’total ta 13 il-punt.
Appena għaddew ħames minuti kienu Sliema li ħolqu l-ewwel azzjoni meta Vito Plut prova xutt minn barra l-kaxxa li għadda kemm kemm barra. Kelna nistennew sal-32 minuta biex assistejna għal azzjoni oħra meta kienu Sliema, din d-darba minn azzjoni ta’ corner, fejn kien hemm konfużjoni fil-kaxxa, bil-ballun finalment spiċċa għand Vito Plut li xxutja barra.
Żewg minuti wara u Sliema Wanderers marru fil-vantaġġ meta kien Vito Plut li provda cross u Samuel Gomez Da Mata bla ebda problemi tefgħa l-ballun f’lasti vojta.
Tlett minuti minn tmiem l-ewwel taqsima u waslet l-ewwel azzjoni mit-tim ta’ Santa Lucia meta kien corner ta’ Carlos Gabriel Moriera li ħabat mal-lasti difiżi minn Rasheed Al tumi, bl-istess goalkeeper reġgħa’ dawwar l-ballun f’corner. Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima kienu għal darboħra Santa Lucia meta kien Wagner Eduardo Alaves li x-xuttja u Al Tumi li salva.
L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fil-55 minuta meta Sliema resqu viċin li jkabbru l-iskor meta Samuel Gomez da Mata għadda lejn Vito Plut li x-xuttja l-goalkeeper ta’ Santa Lucia salva b’saqajħ.
Id-dominju tas-Sliema kien evidenti u sat-tmiem il-partita kienu huma biss li pruvaw jiskorjaw iżjed. Ma’ ftit aktar minn siegħa logħob kien Vito Plut li kellhu xutt li għadda ftit barra. Għaxar minuti wara u reġgħu kienu Sliema permezz ta’ Geofrey Achempong li kellhu xutt mill-isbaħ li kien imdawwar f’corner mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia Celio Da Paz.
Ma’ kważi 80 minuta Sliema mil-ġdid viċin li jkabbru l-iskor meta Kamir Abubkakar kellu x-xutt tiegħu min taħt l-lasti jkun salvat mill-goalkeepeer Da Paz.
Fl-aħħar ħinijiet Sliema komplew jiddetaw l-logħob biex baqgħu jiddefendu l-vantaġġ li kellhom sa tmiem l-partita.
Referee:- Malcolm Spiteri.
BOV Plejer tal-partita:- Joseph Marie Minala (Sliema Wanderers)