Tard il-Ħadd wara nofsinhar, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini ħabbar l-iskwadra proviżorja tiegħu għal aħħar partita ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej kontra l-Ingilterra.
Malta se tilgħab kontra l-Ingilterra f’Wembley fis-17 ta’ Novembru.
Għal din il-partita, Marcolini sejjaħ għal ewwel darba lill-attakant ta’ Floriana FC Kemar Reid li aktar kmieni din il-ġimgħa kiseb iċ-ċitadinanza Maltija.
It-33 plejer magħżula huma dawn:-
Goalkeepers – Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), Matthew Grech (Zabbar St Patrick’s FC), Jake Galea (Valletta FC)
Difensuri – Jake Vassallo (Mosta FC), Ferdinando Apap (Hibernians FC), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC)
Midfielders – Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC), Cain Attard (CF Os Belenenses – POR), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Steven Pisani (Santa Lucia FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – POL), Dunstan Vella (Floriana FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Myles Beerman (Sliema Wanderers FC), Yannick Yankam (Birkirkara FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC), Jake Grech (Balzan FC), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC), Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC)
Attakanti – Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Jodi Felice Jones (Notts County – ENG), Kyrian Nwoko (Floriana FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Hamrun Spartans), Alexander Satariano (Birkirkara FC), Kemar Reid (Floriana FC)