Valletta salvaw punt importanti lejn l-aħħar mumenti tal-partita meya temmew fi draw ta’1 1- konra Gaiar United. Kollox ma’ kollox kien draw ġust bejn dawn iż-żewġ timijiet bi Gzira jkunu l-aħjar team tul l-ewwel taqsima, iżda l-Beltin wettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima u ta’ dan ġew ippremjati permezz tal-goal tad-draw.
Gzira United fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fit-13-il minuta meta Thiago Espindola xeħet cross preċiż fid-direzzjoni ta’ THAYLOR ALDAMA li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.
Huma komplew fuq l-offensiva u tliet minuti wara xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Lucas Macula ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Valletta, Jake Galea li dawwar tajjeb f’corner.
Valletta wieġbu għall-ewwel darba fis-27 minuta meta David Garba minn taħt il-lasta ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit għoli.
Fis-57 minuta, Gzira appellaw għal tkeċċija meta Brandon Paiber deher jagħti daqqa ta’ minkeb lil Brooklyn Borg, bir-referee Alex Johnson, iżda jurih biss il-karta s-safra.
Valletta rebħu penalty fil-85 minuta meta Farid Romero Zuniga miss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il mettu, inkariga ruħu FEDERICO FALCONE li ma żbaljax.
Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Beltin u żewġ minuti wara resqu viċin li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta s-sostitut Luka Susnjara venven xutt fil-baxx li ġie mdawwar f’corener bi bravura mill-goalkeeper tal-Maroons, Darijan Zarkov.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita.
Referee: Alex Johnson
BOV Plejer tal-Logħba: Thaylor Aldama (Gzira U.)