Nhar is-sibt li ġej, fuq barra tal-Parlament, fil-Belt Valletta, għaqda bl-isem ta’ Valletta Youth in Malta for Palestine, jorganizzaw mixja favur il-Palestinjani, speċjalment dawk li qed jiġu attakkati f’Gaza.
Waqt l-avveniment, diversi kelliema se jindirizzaw lil dawk preżenti. L-għaqda ħeġġet lin-nies biex jattendu bil-għan li jlissnu l-vuċijiet tagħhom, isejħu għall-waqfien mill-ġlied immedjat kif ukoll għall-ħelsien mill-oppressjoni Iżraeljana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI