Għada l-Ġimgħa jingħata bidu f’Malta għall-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonati tat-Timijiet tal-Badminton tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa. Dawn il-Kampjjontai se jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u jibqgħu għaddejjin sa nhar il-Ħadd.
F’dan l-avveniment ħa jkunu qed jipparteċipaw tmien pajjiżi żgħar tal-badminton fl-Ewropa. Dwn huma: Ċipru, il-Gżejjer Faroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, l-Isle of Man, il-Liechtenstein u Malta. Huma se jgawdu minn tmiem il-ġimgħa ta’ kompetizjoni intensa u eċċitanti fl-ewwel avveniment tat-timijiet internazzjonali li qatt ġie ospitat f’Malta.
Il-fażi inizjali se jkollha t-timijiet maqsuma f’żewġ gruppi li jilagħbu kontra xulxin fuq bażi ta’ round-robin. Skond il-klassifika fil-gruppi, l-avveniment se jibdel il-format għal format ta’ playoff, fejn it-timijiet imbagħad jilagħbu għal post fil-finali u jiddeterminaw il-klassifika finali tagħhom.
Kull logħba se tkun magħmula minn Men’s Singles, Women’s Singles, Men’s Doubles, Women’s Doubles u Mixed Doubles.
Badminton Malta ħabbret il-fixtures tal-ewwel fażi ta’ logħob. L-istess Badminton Malta qed tħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali biex jingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjoni tal-Kampjonati tat-Timijiet tal-Badminton tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa, l-ewwel avveniment internazzjonali tat-tim tal-badminton f’pajjiżna. Team Malta għandu bżonn l-appoġġ tiegħek.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur https://badmintonmalta.org/small-states-2023