Il-Ħamis waranofsinhar, nirien ħakmu garaxx li jintuża minn mekkanik fil-Marsa. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq Ix-Xwieni.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn mal-wasla tagħhom ftit tal-minuti biss wara s-sejħa għall-għajnuna bdew b’ħidma biex jitfu n-nirien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn informazzjoni li kiesb one.com.mt jidher li fil-garaxx kien hemm vettura li kienu qed isirulha xi xogħlijiet fuqha u li ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett.