L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA, laqgħet l-aħbar li minn dan ix-xahar daħlet fis-seħħ il-liċenzjar tal-kuntratturi tal-kostruzzjoni.
Fi stqarrija ntqal li dan huwa pass pożittiv li se jsaħħaħ l-istandards u jsaħħaħ is-sigurtà fl-industrija tal-kostruzzjoni.
L-Assoċjazzjoni tenniet dwar in-neċessità fil-qafas legali li jiċċertifika u l-kuntratturi kompetenti li joperaw f’pajjiżna.
Din l-istqarrija ħarġet hekk kif min ma applikax għal din il-liċenzja sal-aħħar ta’ Ottubru, minn dan ix-xahar ma jistax jaħdem fis-settur tal-kostruzzjoni.