Partijiet mir-Renju Unit u Franza ġew milquta minn maltemp u riħ qawwi, b’konsegwenzi li saħansitra jistgħu jkunu fatali.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif il-qawwa tar-riħ u x-xita qalila wasslu biex mijiet ta’ nies kellhom jiġu evakwati minn ġo djarhom għal lukandi aktar siguri.
L-iskejjel f’Hampshire, Isle of Wight u Jersey fir-Renju Unit ingħalqu, il-ferroviji ma ħadmux u l-ħaddiema li jistgħu, jaħdmu mid-dar.
Intant, permezz ta’ twitter il-Ministru Franċiża għall-enerġija qalet kif kawża tal-maltempata bl-isem ta’ Ciaran, miljun u mitejn elf dar spiċċat mingħajr dawl.