Bejn it-28 u d-29 ta’ Ottubru, Bormla Subbuteo Club (Malta) ikkompetew fl- ECSTFA Champions League f’Eugies l-Belġju.
Bormla Subbuteo Club kienu fi Grupp 4 fejn b’żewġ rebħiet, draw u żewġ telfiet għaddew bit-tielet post b’total ta’ 7 punti mill-grupp tal-mewt.
Ir-riżultati kienu dawn:
Draw: Falcons, Athens Grecja 1-1
Telfa: Fiamme Azzure, Italja 1-2
Rebħa: Charleroi, Belgju 3-0
Telfa: Caen, Franza 1-2
Rebħa: Turia, Spanja 4-0
Fl-aħħar sittax rebhu lil Scarlet Battalion tal Grecja 2-1 biex avvanzaw għall-kwarti finali kontra Reggio Emilia Fratelli Bari tal-Italja rebbieha tal edizzjoni tas-sena l- oħra u anke rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is sena.
Bormla tilfu din il-logħba u għaddew għall-finali tal-5/6 post fejn tilfu ma Salernitana Italja 1-2 biex finalment rebħu kontra Hennuyer Belgju 4-0 u spiċċaw il-kompetizzjoni fis-7 post minn 21 club f’din l- edizzjoni tat-Tazza taċ-Champions.
It tim kien kompost minn Charlie Aquilina (Captian ), Jason Pisani, Bessm Golger, George Ebejer u John Zammit
Grazzi tmur lil Visit Malta, Exploremore, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, EJCS, Euroclub, Mykonos by yiamas u Cospicua Dynamos.