L-eks Viċi-Sindku Laburista Thomas Agius reġa’ kien ikkonfermat li mhux ħati li kellu kunflitt ta’ interess f’kuntratt li vvota għalih waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Agius kien ġie mixli li kellu kunflitt ta’ interess peress li ibnu kien jaħdem ma’ kumpanija li kienet qed tagħmel xi xogħlijiet fuq toroq fil-lokalità.
Huwa ma kienx instab ħati u l-Imħallef ikkonfermat dan fejn sostniet li minn xhieda u minuti tal-laqgħat tal-Kunsill huwa kien iddikjara li ibnu kien involut f’xi xogħlijiet fuq toroq.
Intqal ukoll li l-kuntratt li l-kumpanija li magħha kien impjegat iben il-Viċi-Sindku kien ingħata fis-snin ta’ qabel Agius spiċċa fil-Kunsill.