Għaddej ġmielu x-xogħol u b’mod intensiv fuq il-Kumpless Sportiv u ċ-Ċentru Akkwatiku fir-Rabat, Għawdex.
F’ritratti ppubblikati mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fuq il-midja soċjali, intqal li għaddej ġmielu x-xogħol tal-finishings u installazzjoni ta’ makkinarju u faċilitajiet oħra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tenna li jħares ‘il quddiem biex fil-ġimgħat li ġejjin tibda tinbena l-faċċata ta’ dan il-kumpless li se jgħolli l-livell sportiv fil-ġżira Għawdxija.