Fl-aħħar sigħar, il-FIFA kkonfermat li l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2034 se ssir fl-Arabja Sawdija.
Għal din l-edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża ta’ 11-il sena oħra, kien biss dan il-pajjiż li wera’ l-interess li jospita.
L-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja hija dik tal-2026, li se ssir fl-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada.
Erba’ snin wara fl-2030, fl-edizzjoni ċentinarja, se ssir fi Spanja, il-Portugall u l-Messiku. Waqt li l-logħob inawgurali se jsir fi tliet pajjiżi fl-Amerka ta’ Isfel, li huma: l-Arġentina, l-Urugwaj u l-Paragwaj.