F’aġġornament ekonomiku għax-xahar ta’ Ottubru, il-Bank Ċentrali ta’ Malta nnota li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kiber u kien f’livell ogħla mill-medja storika.
F’Settembru, l-indikatur tal-fiduċja ekonomika tal-Kummissjoni Ewropea laħaq l-ogħla livell u kien ferm ogħla mill-medja storika tiegħu.
Intqal li l-attività ekonomika kompliet tikber, filwaqt li l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol f’Awwissu baqgħu favorevoli.
Il-permessi maħruġa għall-bini residenzjali żdiedu f’Awwissu meta mqabblin mal-livelli ta’ xahar ta’ qabel, iżda naqsu f’termini annwali.
F’Awwissu, għall‑ewwel darba mill‑2011, id‑depożiti tar‑residenti Maltin naqsu mil‑livell tas‑sena l‑oħra, l‑aktar minħabba tnaqqis fil-bilanċi ta’ depożiti miżmumin minn intermedjarji finanzjarji.
Sadattant, it-tkabbir annwali fil-kreditu lir-residenti f’Malta żdied b’rata annwali inqas mgħaġġla.
F’Settembru, ir-rata annwali tal-inflazzjoni bbażata fuq l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur niżlet għal 4.9%, filwaqt li r-rata bbażata fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut telgħet marġinalment għal 4.1%.
F’Awwissu, il-Fond Konsolidat irreġistra surplus ikbar meta mqabbel ma’ sena qabel.