Dan huwa budget b’viżjoni ekonomika u li jinċentiva ekonomija ta’ għada.
Kien b’dan il-mod li l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ddeskriva l-Budget għelfejn erbgħa u għoxrin l-għada li tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana.
Waqt konferenza tal-aħbarjiet bit-tema Malta Ġusta, il-Ministru rrimarka li l-Gvern Bi Gvern qalb soċjal u viżjoni ekonomika b’saħħitha. Nafu li għalkemm madwarna qed jippersistu sitwazzjonijiet diffiċli, pajjiżna baqa’ bir-rotta għal ekonomija
Fil-Fatt il-Ministru spjega li ċifiri juru li l-ekonomija għas-sena d-dieħla se tkun qed tiżdied b’4 fil-mija f’termini reali. Dan huwa l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropa.
Il-Ministru qal li dan huwa frott ta’ ħidma matul is-snin speċjalment f’mumenti diffiċli. Fil-fatt dan il-budget se jkun qed jinvesti l-akbar nefqa soċjali li qatt sar f’pajjiżna, mingħajr ma tiddaħħal l-ebda taxxa ġdida.
Fost il-miżuri tal-Budget huwa aċċenna dwar l-aktar miżura b’saħħitha kemm soċjali u ekonomika li hija dik ta’ 350 miljun ewro f’sussidji għall-enerġija.
Il-Ministru qal li żmien ilu forzi kontrina qal li pajjiżna ma jistax inaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għaliex dan huwa impossibli u li l-pajjiż ma jiflaħx għalia u li ħa nitfaw il-pajjiż għal kupptejh.
Però din is-sena dik l-għajnuna biss ħa tkun ta’ 350 miljun ewro, ħames darbiet aktar minn dik li għal ħaddieħor kien impossibli. Intqal li permezz ta’ din il-miżura anka fl-aspett ekonomiku, Malta għandha fost l-irħas kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-industriji.
Il-Ministru tkellem dwar il-qasam diġitali, u qal li pajjiżna għamel passi ta’ ġgant, u ċifri tal-Unjoni Ewropea fosthom id-Desi report jgħid l-ekonomija diġitali pajjiżna tinsab fis-sitt post madwar l-Ewropa, u l-mira hija li pajjiżna jkun mal-ewwel sat-tielet post.
Ġie spjegat ukoll li minbarra l-gaming, il-qasam diġitali f’pajjiżna f’perjodu ta’ għaxar snin kiber bi tliet mija fil-mija.
Tul dawn l-aħħar sentejn, Malta għamlet diversi inizjattivi biex tattira startups lejn pajjiżna u b’hekk il-Ministru qal f’pajjiżna hawn diversi skemi li jkopru dan fosthom il-business start fejn din tara li kull startup tieħu sa massimu ta’ għaxart elef ewro biex jibdew l-idea tagħhom. Wara din il-fażi, hemm miżura oħra li tevalwa is-suq ekonomiku. Hawnhekk il-Malta Enterprise qed tgħin lin-negozji b’massimu ta’ erba’ mitt elf ewro. Miżura oħra li tgħin startups b’idea ta’ riċerka u innovazzjoni hija dik li jistgħu jingħataw għajnuna addizzjonali ta’ mitt elf ewro.
Il-Ministru qal ukoll li se jiġi introdott għall-ewwel darba f’pajiżna, il-Venture Capital Fund.
Fuq il-Videogame development f’pajjiżna, il-Ministru spjega li f’pajjiżna hawn 20 kumpanija preżenti u jħaddmu magħhom 250 persuna. Hawn ukoll 400 mitt student li qed jistudjaw fl-Università ta’ Malta u l-MCAST f’din l-industrija. Il-Ministru rrimarka wkoll li bħalissa qed jitħarġu 20 lettur Malti li jistgħu jibqgħu jgħallmu f’dan is-settur.
Mal-kullana ta’ miżuri fil-Budget li ġejjin minn fondi Ewropej, il-Ministru fakkar fil-miżura ta’ 40 miljun ewro għan-negozji żgħar u medji biex ikompli jsaħħu l-kumpaniji tagħhom.
Fl-aħħar il-Ministru temm jgħid li dan il-Gvern qiegħed jieħu de1iżjonijiet biex ikun hawn sistema ekonomika b’saħħitha u b’riżultati sbieħ.