L-akbar linja tal-ajru fl-Ewropa, ir-Ryanair, tat id-donazzjoni tagħha lill-Fondazzjoni Puttinu Cares sabiex juru l-apprezzament għax-xogħol u d-dedikazzjoni kontinwa tagħhom biex jieħdu ħsieb tfal u adulti morda flimkien mal-famlji tagħhom.
Ryanair kienet ilha taħdem ma’ Puttinu Cares Foundation mis-sena 2021 bil-programm tal-iscratch card u bil-għajnuna tal-appoġġ ta’ konsumaturi ġenerużi li kkontribwew biex sal-lum ingħataw €20,000 għal karità.
L-iscratch cards tar-Ryanair hi popolari sew mal-passiġġieri Maltin, fejn ikollhom l-opportunità li jirbħu varji premjijiet fosthom, karozzi lussużi, prezzijiet fi flus, u ċ-ċans ta’ parteċipazzjoni fil-lotterija annwali ta’ €1 miljun tar-Ryanair bit-titlu ta’ ’Win a Mill’.
Minn mindu nediet il-programm tal-karità scratch card tagħha fl-2009, Ryanair ġabret somma ta’ aktar minn €2 miljun għal organizzazzjonijiet tal-karità madwar l-Ewropa sal-lum.