Fil-Baġit tħabbar li, matul is-sena li ġejja, se tibda l-ewwel fażi f’xogħlijiet fil-pitch tal-waterpolo f’Marsaskala.
Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar ukoll li l-Gvern se jibda bix-xogħol preparatorju biex tinbena indoor shooting range, li se tikkumplimenta l-faċilitajiet eżistenti tax-shooting range nazzjonali.
Ix-xogħol fuq it-trakka tal-karozzi baqa’ għaddej fejn saret ukoll rilokazzjoni ta’ art biex, ġaladarba jiġu approvati l-permessi, ix-xogħol ikun jista’ jibda minnufih.