Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li, matul is-sena d-dieħla, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkun qed jinvesti f’żewġ vetturi tat-tifi tan-nar industrijali u kif ukoll f’żewġ vetturi speċjalizzati tal-Hazmat. Dawn jintużaw f’aċċidenti li jinvolvu kimiċi tossiċi, materjal radjoattiv jew ta’ periklu bijoloġiku.
Se jinxtraw ukoll tliet vetturi tat-tifi tan-nar domestiċi u għaxar vetturi żgħar biex ikomplu jgħinu fil-grass fires.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Forzi Armati se jiġu inawgurati xogħlijiet fiċ-Ċentru Operattiv ġdid f’Ħal Luqa u se jibda jopera wkoll il-hangar il-ġdid fit-taqsima tal-Air Wing. Dawn iż-żewġ proġetti bejniethom se jammontaw għal €12-il miljun.