Fil-Baġit għas-sena d-dieħla se jiġu estiżi l-iskemi għax-xiri ta’ vetturi ġodda, inkluż muturi li jaħdmu bl-elettriku. Se tiġi estiża wkoll l-għotja għall-iskema tal-iskrappjar ta’ vetturi antiki.
Se terġa’ tiġi l-għotja għal min jaqleb il-vettura tiegħu biex taħdem bil-gass minflok il-fuel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-iskema għall-vetturi aċċessibbli b’wheechair, li jintużaw bil-ġarr tal-passiġġieri bil-kiri jew b’kumpens se tiġġedded ukoll.
Se tingħata wkoll għajnuna finanzjarja għal min jixtri e-kick scooter personali.
Vetturi elettriċi u plug-in hybrid, li jkollhom awtonomija ta’ 50 kilometru, se jibqgħu jiġu eżentati mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenti mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq għall-ewwel ħames snin.