Għal sena oħra, is-sena d-dieħla se jerġa’ jingħata ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa, magħruf ukoll bħala t-Tax Refund, li l-ammont tiegħu se jvarja minn €60 sa massimu ta’ €140.
Dan tħabbar mill-Ministru Clyde Caruana, waqt il-qari tal-Baġit għas-sena d-dieħla, fejn stqarr li l-ogħla ammont se jerġa’ jingħata lil dawk bl-aktar dħul baxx.
Il-Ministru Caruana nnota li dan iċ-ċekk mhuwiex skont dak, li sejjaħ bħala spin tal-Oppożizzjoni, li din tkun taxxa li tħallset u ngħatat lura, iżda ċ-ċekk se jippremja lil min hu bieżel u attiv fis-suq tax-xogħol.
Hu stmat li minn din il-miżura se jbbenefikaw minnha 250,000 persuna b’investiment li jlaħħaq is-€26 miljun.