Il-mudella Maltija, Hannelie van Wyk esprimiet is-sodisfazzjon tagħha meta ġiet inkurunata bl-unur tat-titlu prestiġjuż tal-Mrs European Nations CLQ mal-Mrs Globe Group f’Ateni, il-Greċja, fl-aħħar jiem.
Il-pageant tas-sbuħija, Mrs Globe hi l-akbar u l-aktar pegeant rinomata madwar id-dinja kollha u sservi bħala pjattaforma għal ommijiet xebbiet u miżżewġa.
Din il-kisba iġġorr magħha importanza sinifikanti għal pajjiżna, hekk kif timmarka l-ewwel darba fi tliet diċenji li Malta kisbet titlu fil-Mrs Globe Group of Pageants.
Hannelie van Wyk tinsab fil-proċess li tikseb oportunità unka għal Malta u qed taħdem qatigħ biex tikseb it-titlu dinji.
Il-vjaġġ tar-rebbieħa bħala rappreżentanta għal Malta u l-Ewropa se tkompli u se jwassalha biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-Mrs Globe li jmiss, li se tittella’ f’California, l-Istati Uniti, f’Ġunju tas-sena li ġejja. Din se tagħtiha l-opportunità biex tikkompeti fuq palk gobali.
Il-mudella esprimiet il-gratitudnu tagħha għall-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, l-MTA għas-sapport kontinwu f’dan il-vjaġġ rimarkabbli tagħha.
Minbarra hekk, il-mudella sabet l-appoġġ tad-Direttriċi ta’ Mrs Malta Globe, Mrs Ekaterina Camilleri, li hi wkoll id-Direttriċi Artistika tal-Mrs Globe World Pegeant. Camilleri, li ilha tgħix f’Malta għal dawn l-aħħar 15-il sena, għandha 25 sena esperjenza fl-industrija u l-ispettakli