Kollaborazzjoni bejn kumpanija speċjalizzata fl-informatika, u l-Konsulat tal-Ukrajna f’Malta, issarrfet f’donazzjoni ta’ tmien mitt ktieb bil-lingwa Ukreni lil Malta Libraries, bil-għan li jkunu jistgħu jitgawdew minn qarrejja ċkejknin u ta’ etajiet differenti Ukreni.
Malta Libreries ipproċessat dawn il-kotba mil-librara tagħha u se tara li jitqassmu fil-libreriji ċentrali ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll f’dawk reġjonali tal-Mosta u Birkirkara, fejn se jinħolqu sezzjonijiet dedikati speċifikament għal-lingwa Ukrena.
Cheryl Falzon, il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, faħħret din l-inizjattiva u ġest sabiħ.
“Naqra xi ħaġa oħra mid-dinja li ħallew biex ikunu jistgħu jkomplu jaqraw bil-lingwa tagħhom, speċjalment it-tfal, jitgħallmu fuq il-kultura u t-tradizzjonijiet, u għaliex le? Forsi anki l-Maltin stess jitħajru jitgħallmu l-lingwa.”
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti, Owen Bonnici nnota kif bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva, qed jintbagħat messaġġ b’saħħtu ta’ solidarjetà u appoġġ.
“Nemmnu li b’dan il-mod qed nuru solidarjetà bil-prattika waqt li qed immexxu ’l quddiem edukazzjoni b’mod li t-tfal Ukreni jħossuhom komdi ħafna u jieħdu pjaċir jaqraw dawn il-kotba bil-lingwa tagħhom stess.”
Minn meta bdiet il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, miljuni ta’ Ukreni kienu kostretti jħallu pajjiżhom, u aktar minn elf ċittadin Ukren waslu f’Malta – il-maġġoranza nisa u tfal.