Teatru Manoel, flimkien mal-programm tat-tagħlim tat-Teatru Manoel innifsu, TOI TOI, ħabbru The Haunting – xogħol teatrali tal-biża miktuba u mmexxija minn Stephen Oliver.
The Haunting se tittella’ fil-31 ta’ Ottubru fis-19:30 u fl-22:30.
Permezz ta’ grupp ta’ atturi lokali u disinn tas-sound immersiv, se se tkun qed tinagħta ħajja lil stejjer ta’ iħirsa li seħħew f’Malta.
Il-prezz tal-biljetti jibda minn €15 sa €25 u jistgħu jinxtraw minn teatrumanoel.com jew mill-Box Office tat-Teatru Manoel.
F’The Haunting jieħdu sehem uħud mill-aqwa talenti lokali, Victor Debono, Michael Mangion, Edward Thorpe, Isabel Warrington, Edward Caruana Galizia u Cassandra Spiteri.
L-iscript ta’ The Haunting jislet siltiet minn diversi sorsi ta’ ispirazzjoni fosthom xogħlijiet ta’ William Shakespeare, Emily Dickinson, Walter De La Mere, Robert Graves u bla dubju ta’ xejn, Susan Hill (kittieba tal-produzzjoni tal-biża’ The Woman in Black li damet tittellgħa fil-West End għal iktar minn 30 sena).
Biex wieħed jikseb iktar informazzjoni, jew biex tixtri l-biljetti, tista’ żżur teatrumanoel.com, iċċempel fuq (+356) 21246389, jew taqbeż qabża sal-Box Office.