Matul l-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, l-ewwel dgħajsa Maltja wara l-korrezzjoni tal-ħin tal-IRC hija l-J/99 Calypso ta’ Sebastian Ripard, li tellaq double handed ma’ Sam Pizzuto. Runner-up fil-kategorija huwa Solaris 42 Unica ta’ Jamie Sammut. It-tielet wara l-korrezzjoni tal-ħin tal-IRC u rebbieħa tal-IRC 4 huwa l-jott Elusive 2 tal-Familja Podesta. Ta’ suċċess kien il-jott Artie III ta’ Lee Satariano, is-6 post fi flotta ta’ kalibru għoli fl-IRC 3. Il-ko-kaptan ta’ Artie Christian Ripard kien qed jieħu sehem fit-33 Rolex Middle Sea Race tiegħu.
Fost il-parteċipanti maltin fl-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Rolex Middle Sea Race kien hemm Jarhead Young Sailors Foundation, b’ekwipaġġ ta’ sittax-il sena fuq il-jott JYS Jan, taħt id-direzzjoni ta’ Claudio Bugeja. Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin iċċelebra għal darb’oħra il-parteċipazzjoni fir-Rolex Middle Sea Race .
Dgħajjes Maltin li ħadu sehem għall-ewwel darba kienu jinkludu Horst Huelsey & Jonathan Camilleri Bowman bil-jott J/112 OpenPayd Befree, u Spirit of the Winds ta’ Simon Xuereb. Membru tar-Royal Malta Yacht Club, Stefan Debattista kkompeta f’ħafna edizzjonijiet ta’ din it-tellieqa, iżda din kienet l-ewwel tiġrija tiegħu bħala sid tal-jott Geisha. Noel Grech ukoll ħa sehem qabel, iżda din kienet l-ewwel waħda għall-ekwipaġġ tiegħu ta’ Gozo Dream kien magħmul minn ekwipaġġ kompletament Għawdxi.
Sebastian Ripard u Sam Pizzuto, Calypso, spiċċaw fil-ħames post fil-klassifika ġenerali f’IRC minn 91 dgħajsa, it-tieni fl-IRC Double-Handed, u t-tielet fl-IRC 6.
Jamie Sammut u Unica kienu f’battalja ħarxa b’ħames dgħajjes fl-IRC 5. Timijiet mis-Slovenja, l-Olanda, Franza, l-Isvezja, u Malta kollha ħadu l-vantaġġ matul it-tellieqa. Il-klassi eventwalment intrebħet mit-tim Sloven Karpo ta’ Maks Vrecko, it-tieni kien it-tim Olandiż ta’ Frans van Cappelle fuq Moana. Unica ta’ Jamie Sammut rebaħ ġlieda kbira għall-pożizzjoni finali tal-podju kontra Garm u Cocody.
Aaron, Christoph u Maya komplew it-tradizzjoni tal-familja Podesta l- missierhom Arthur kien ikkompeta f’kull tiġrija mill-ewwel ediżżjoni fl-1968. Elusive 2 li rebħu t-tellieqa fl-2019 u fl-2020, din is-sena rebħet il-klassi IRC 4.
Noel Grech beda joħlom li jikkompeti b’tim Għawdxi kollu fl-aħħar tas-snin 90 flimkien ma’ sħabu. Din is-sena, wara sforz kbir, dik il-fantasija saret realtà. Gozo Dream temm ir-Rolex Middle Sea Race tal-2023 fi ftit inqas minn ħamest ijiem.
Spirit of the Winds ta’ Simon Xuereb kienet l-aħħar dgħajsa li lestiet it-tiġrija tal-2023, u spiċċat dalgħodu 05:49:04.
L-Għoti tal-premijiet tar-Rolex Middle Sea Race se ssir għada s-Sibt, 28 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi.