One.com.mt jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu ħaddiem weġġa’ wara li idu nqabdet ġo magna ta’ fabbrika fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija, Għawdex.
Fuq il-post immedjatament mar tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lill-ħaddiem. Ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Membri tal-Protezzjoni Ċivili assistew ukoll f’dan l-inċident.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.