Suċċess storiku għal żewġ atleti maltin tat-Taekwando waqt il-Kampjonat Ewropew li sar f’Belgrad is-Serbja.
Dwayne Micallef u Emma Law Lautier rebħu rispettivament midalja tad-deheb u tal-fidda.
Micallef (li għandu 7 snin) kiseb id-deheb fil-kategorija tas-subien -21kg. Fis-semifinali għeleb l-isfida ta’ atleta mill-Azebaijan u fil-finali rebaħ kontra atleta żvizzeru. Min-naħa tagħha Law Lautier (li għandha 8 snin) rebħet il-fidda fil-kategorija tal-bniet -24kg. Fis-semifinali rebħet lill-atleta mis-Slovenja filwaqt li fil-finali għelbet atleta millp-Ukrajna
Il-Kampjonat Ewropew laqqa’ flimkien atleti ta’ livell għoli minn bosta pajjiżi kbar. Apparti Dwayne Micallef u Emma Lw Lautier ħadu sehem ukoll il-kadetti Michela Scerri, Nathan Degiorgio u Alycia Cassar.
Il-kontingent Malti kien immexxi mill-president tal-Malta Taekwondo Association Anna Vassallo flimkien mal-kowċ Gianluca Barbara u l-kowċ nazzjonali Ditmir Vodinaj. Il-parteċipazzjoni tal-maltin kienet possibli grazzi għal SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.