Żewġ negozjanti tal-karozzi tressqu l-Qorti mixlija li bagħbsu l-arloġġ tal-kilometraġġ.
It-tlett suspettati huma Alexander Spiteri, raġel ta’ 48 sena residenti f’Santa Marija Estate fil-Mellieħa, li jmexxi Alexander Auto Sales, magħruf aħjar bħala “Tal-Qasab,” Roderick Vella, raġel ta’ 46 sena residenti Ħaż-Żabbar u rappreżentant ta’ Rokku Auto Dealer, u Alison Vella, mart Vella.
It-tliet persuni ġew mixlija b’ħasil ta’ flus, filwaqt li ż-żewġt irġiel weħidhom ġew mixlija b’akkużi ta’ frodi b’għemil qarrieq, qligħ b’qerq u assoċjazzjoni bil-għan li jsir delitt.
Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni talbet li jinħareġ ordni ta’ qbid u iffriżar tal-assi tal-akkużati.
Għall-akkużati dehru l-avukati Jason Azzopardi u Franco Debono.