Fil-Kulleġġ De La Salle ġie inawgurat proġett sostenibbli, bl-isem ta’ GEO-INF Project, li se jirkupra 130,000 litru tal-ilma tax-xita u jpoġġih fil-watertable.
Dan il-proġett sostenibbli sar b’fondi li sar mill-Atlas Insurance u sar mill-Inġinier Marco Cremona. Dan tal-aħħar spjega li l-ilma tax-xita se jkun salvat u se jkun qed jgħin biez jiġu evitati l-għargħar u l-iskarsita tal-ilma fiż-żona.
Intqal li b’dan il-proġett se jkun qed iqajjem għarfien mal-istudenti dwar il-konservazzjoni tal-ilma.
L-amministrazzjoni ta’ dan il-kulleġġ qal li dan mhumiex l-uniku proġett favur l-ambjent, fosthom anki bir-riċiklaġġ tal-iskart.
Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Stefan Zrinzo Azzopardi.
Qal li matul is-snin, pajjiżna investiment mijiet ta’ miljun ta’ ewro biex jevita biex l-għargħar, iżda dan iwassal biex il-maġġoranza tal-ilma jmur fil-baħar.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi tenna li llum sirna aktar konxji bis-sostenibilità u t-tibdil fil-klima, u qal li b’dan l-intervent żgħir se jkun qed jerġa’ juża ilma li jinżel bix-xita.