L-aktar politiku giddieb ta’ pajjiżna Simon Busuttil ma ddejjaq xejn ikompli għaddej b’kampanja ta’ ħmieġ u tixwix dwar Egrant minkejja li l-fatti huma magħrufa, iżda meta sfidat fil-programm Dissett biex iġib prova, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li mhux xogħolu li jagħmel dan.
Il-Partit Laburista qal li skont Simon Busuttil bħala Kap tal-Oppożizzjoni xogħolu huwa biss li jħammeġ, ixewwex u li jkompli jxerred fake news li jibdew ħbieb tiegħu anke jekk jaf li qed jibni fuq il-gideb.
Fl-istess programm qal ukoll li se jkeċċi lill-Kummissarju tal-Pulzija mingħajr notice, għax ma jaqbilx miegħu. Busuttil huwa politiku perikoluż li jekk ma taqbilx miegħu jkeċċik. Lura għall-politika tal-blu u tal-aħmar. Tal-firda bejn l-aħwa Maltin.
Fi kliem il-Partit Laburista din hija politika tat-tkexkix.Ta’ min iħossu ‘l fuq mil-liġi u ta’ min mhux ippreparat biex imexxi pajjiż modern Ewropew.
Il-problema għall-Kap tal-Oppożizzjoni hija li l-poplu Malti u Għawdxi qed jifhem li huwa m’għandu xejn x’joffri ħlief li jigdeb biex jipprova jiskurja xi punti politiċi.
“Biex tiġih agħar qed jigdeb u jħammeġ fl-istess ħin li qed jaqbeż għal dawk ta’ madwaru fosthom nies bħal Beppe Fenech Adami li se jkun investigat mill-Europol, Toni Bezzina u Jason Azzopardi.” tgħid l-istqarrija.