Rumen ta’ 42 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li instab ħati li vvandalizza Bieb il-Bombi bi graffiti.
Fil-Qorti, Ionut Cezar Marin ġie mixli li penġa qalb u kiteb ‘I love you Dali’ ma’ Portes des Bombes, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Bieb il-Bombi.
Fil-Qorti ntqal li l-ħsarat jammontaw għal kważi tmien mitt ewro.
Quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco, ir-Rumen ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, u ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, filwaqt li ġie mmultat sitt elef ewro.
Hu ġie ordnat ukoll iħallas l-ispejjeż marbuta mat-tindif.