Libjan ta’ 41 sena weħel sentenza ta’ tmien snin u nofs ħabs wara li ammetta akkuża ta’ attentat ta’ qtil fuq l-eks sieħba tiegħu tliet snin ilu.
Ir-raġel ammetta ftit qabel ma kellu jibda l-ġuri dwar il-każ, fejn fost l-oħrajn il-prosekuzzjoni kienet se turi li hu taha daqqiet ta’ sikkina f’sidirha. Għal numru ta’ akkużi li kien qed jiġi mixli bihom, il-Prosekuzzjoni kienet qed titlob sentenza ta’ 40 sena ħabs.
Il-każ seħħ f’Novembru tal-2020 f’San Pawl il-Baħar meta t-tnejn iltaqgħu biex jitkellmu fil-karozza tal-vittma u kien hawn li qaltlu li riedet ittemm ir-relazzjoni miegħu.
L-imputat, li deher irrabjat, kien qalilha biex iċċempel lil ommha u tkellem lil uliedha għall-aħħar darba, għax kien se joqtolha. Wara ħareġ sikkina u taha daqqiet biha.
Din ma kinitx l-ewwel darba li heddida, għax dabra minnhom qalilha li se joqtolha u jidfinha.
Is-sentenza ngħatat mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera wara li ntlaħaq qbil bejn id-Difiża u l-Avukat Ġenerali.