It-tim nazzjonali Malti tal-Kickboxing irritorna lura Malta minn Munich fejn kien qed jipparteċipa fil-Kampjonat Dinji ISKA (International Sports Kickboxing and Karate Association) fid-dixxiplini tal-Muay Thai u l-K1. Il-Kampjonat kien fuq tliet ijiem konsekuttivi.
It-nazzjonali Malti tal-Kickboxing Muay Thai u K1 kiseb riżultati mill-aqwa b` rebħ ta’ diversi midalji li wassal lit-tim malti sabiex jikseb il-15-il post minn 37 pajjiż.
Dan l-avveniment spettakolari offra varjeta ta` livell għoli ta’ ġlied minn atleti li pparteċipaw minn madwar id-dinja kollha inklużi.
It-tim Malti kien iffurmat minn 32 ġellied, b’etajiet u kategoriji ta’ piż differenti taħt it-tmexxija u kowċis tal-MKBA flimkien ma’ Gladiators Promotions.
Il-maltin kellhom prestazzjoni brillanti billi rebħu diversi midalji fosthom 3 midalji tad-Deheb, 4 tal-Fidda, u 9 tal-Bronż.
Xi ġellieda rnexxielhom jirbħu wkoll b’ TKO’s impressjonanti. Ir-rebbie]a tal-midalji tad-deheb kienu: Celeste Galea, Leanne Magro, Aleksandar Miljkovic.
Ir-rebbie]a tal-fidda kienu: Leanne Magro, Faris Lukovic X 2, Jesred Piscopo.
Il-midalji tal-bron# waslu minn: Diane Xerri, Celeste Galea, Naomi Camilleri, Jennifer Nwankwo, Aiden Catania Borg, Brent Spiteri, Robert Reilly, Aleksandar Miljkovic.
Filwaqt li Malta kienet l-iżgħar nazzjon li pparteċipa f’avveniment daqshekk prestiġjuż, l-MKBA (Malta Kickboxing Association) hija kuntenta ħafna b’tali kisba u l-prestazzjoni tal-ġellieda tagħna Maltin matul l-avveniment kollu.
Il-president tal-MKBA s-Sur Chetcuti, flimkien mal-kumitat u Gladiators Promotions jixtieq jirringrazzja lill-Awtoritajiet Maltin tal-għajnuna mogħtija lit-tim Malti tal-kickboxing, Muay Thai u K1 sabiex jipparteċipa f’kampjonat daqshekk prestiġjuż li żgur ]a jservi ta` vantaġġ għall-kickboxing Malti Muay Thai u K1 sports.