Il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq għaddej ġmielu. Filfatt, huwa daħal fl-aħħar fażi tiegħu biex il-poplu Malti jibbenefika minn pixxina, li kienet deskritta mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius bħala state of the art. Ir-ritratt juri li l-pixxina issa mtliet bl-ilma.
F’Jannar iż-żewġ pixxini tbattlu mill-ilma biex isir xogħol fihom. Pixxina minnhom filfatt sar xogħol estensiv fuqha minħabba li l-qiegħ ma kienx f’kundizzjoni tajba.
Sar ukoll xogħol mad-dawra tal-pixxina biex issa l-art ingħatat wiċċ ġdid. Il-Kap eżekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar, stqarr ma ONE NEWS li tul dawn ix-xogħlijiet qed isir moniteraġġ kontinwu biex ix-xogħol ikun wieħed tal-ogħla livell.
Dan iffiser li l-ħolma tal-poplu Malti li kien ilu snin imċaħħad minn pixxina ta’ livell ogħli se jkun qed igawdi mill-ħidma li għamel dan il-Gvern, biex jassigura li din il-ħolma tinbidel f’realtá.
Il-pixxina waqt ix-xogħlijiet
Il-pixxina llum