Liam Daly, l-Għawdxi ta’ 12-il sena illum sar l-iżgħar tifel f’pajjiżna li qatt wettaq għawma ta’ 11-il kilometru.
Liam wettaq din l-isfida billi għam minn Popeye Village sa Mġarr ix-Xini.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan, u għawmiet oħra li wettaq fil-passat, għamilhom bil-għan li jkompli jkabbar l-għarfien u joħloq kuxjenza dwar l-indafa fil-baħar.
F’kitba fuq Facebook, il-Ministru għal Għawdex qal kif Liam, minkejja l-età tiegħu, hu ta’ ispirazzjoni għalina lkoll.