Is-Segretarju Paralamentari Ian Borg iltaqa’ mad-Direttur Ġenerali għall-Affarjiet Ekonomiċi u l-Kompetittivita’ tal-Kunsill tas-Segretarjat Carsten Pillath.
Is-Segretarju Parlamentari qal li ż-żjara ta’ Carsten Pillath saret fi żmien meta l-preparamenti ta’ Malta għall-Presidenza għaddejjin ġmielhom u jinsabu fuq quddiem tal-aġenda tal-Gvern.
Borg qal li żjarat bħal dawn jistgħu jkunu ta’ opportunita’ biex wieħed jakkwista tagħrif dwar il-ħidma tal-Kunsill. Matul il-laqgħa kienet diskussa l-kompetittivita’ tal-Unjoni Ewropea.
Borg u Pillath iddiskutew il-pjanijiet ta’ Malta dwar il-politika b’relazzjoni affarjiet ekonomiċi u finanzjarji. Il-Presidenza f’Malta se tiġi f’nofs it-terminu tal-programm 2014-2020, għaldaqstant Malta se jkollha l-opportunita’ li tikkontribwixxi f’dak li għandu jseħħ fil-programm li jibda fl-2020, b’mod partikolari l-kwistjoni tal-gżejjer.
Matul iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, Carsten Pillath iltaqa’ wkoll mal-Ministeru tal-Ekonomija Chris Cardona u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.