Fl-età ta’ 86 sena, miet il-leġġenda tal-futbol Ingliż Sir Bobby Charlton, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja f’isem l-Ingilterra u jibqa’ magħruf għas-sehem tiegħu mat-tim Ingliż Manchester United.
Fi stqarrija, familtu qalet li b’sogħba kbira, qed iħabbru l-mewt ta’ Sir Bobby, li ħalla din id-dinja fis-sigħat bikrin tas-Sibt, imdawwar bil-familja tiegħu.
Qrabatu rringrazzjaw lil kull min ikkontrobwixxa fil-vjaġġ ta’ kura tiegħu u lil dawk kollha li ħabbewh u appoġġjawh tul ħajtu.
Talbu wkoll lill-pubbliku biex jirrispettaw il-privatezza tal-familja tiegħu.
Sir Bobby huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa futbolers Ingliżi, li lagħab mija u tliet darbiet f’isem pajjiżu, u skurja disgħa u erbgħin gowl.