Waqt is-summit tal-Med-Tech li ttella’ f’pajjiżna aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, li fil-professjoni huwa kirurgu, ġie ppremjat għall-kontribuzzjoni eċċezzjonali tiegħu fil-qasam tas-saħħa lokali.
Fuq il-midja soċjali, b’reazzjoni għall-“Outstanding contribution to the local health industry Award”, il-Ministru Abela kiteb kif huwa jiddedika dan il-premju lill-ħaddiema kollha fil-kura tas-saħħa u lill-kollegi tiegħu.
Matul is-serata, ingħataw bosta premji dwar l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa.
Dan is-summit, li anki ndirizzah il-Prim Ministru Robert Abela, iddiskuta l-użu tat-teknoloġija u d-dinja diġitali fil-qasam tas-saħħa.