Trakkijiet li qed iġorru l-għajnuna umanitarja ngħatat l-aċċess biex tidħol f’Gaza għall-ewwel darba minn meta beda d-diżgwid bejn l-Iżrael u l-Hamas.
Filmati li xxandru b’mod dirett urew vetturi tan-Nazzjonijiet Uniti b’bandieri bojod jinstaqu u jaqsmu l-pont Rafah mill-Eġittu għall-Gaza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Aktar kmieni l-Hamas ħelset l-ewwel ostaġġi li kienet qed iżżomm wara l-ewwel attakk kbir li seħħ fuq l-Iżrael.
Iż-żewġ ostaġġi huma żewġ ċittadini Amerikani.
L-omm u l-bint, Judith u Natalie Raanan, kienu fost il-mitejn persuna li ġew miżmuma ostaġġi.