Raġel ta’ 37 sena mill-Imġarr, ndarab gravi wara li nqaleb bil-vetura fl-Imġarr.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ filgħodu fi Triq Binġemma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Isuzu D-Max, tilef il-kontroll u nqaleb.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku assistew fuq il-post tal-inċident u r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.