L-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi nħatar bħala ċ-Chairperson tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Dan wara li l-kariga ġiet vakata mill-mibki l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne awgura lill-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi ta’ din il-kariga filwaqt li aċċenna fuq l-importanza tal-Awtorità, li minn kemm ilha mwaqqfa għenet mijiet ta’ individwi jibnu familja u li bniet reputazzjoni tajba ħafna kemm f’pajjiżna u kif ukoll lil hinn minn xtutna.
Min-naħa tagħha l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni laqgħet din il-ħatra, li se tkompli ssaħħaħ il-ħidma fi ħdana filwaqt li sellmet lil Philip Sciberras tal-ħidma sfiqa li wettaq tul it-terminu tiegħu.