Xjentisti għadhom kif ħabbru li sabu sistemà solari ġdida mimlija pjaneti li huma viċin ħafna tad-dinja u saħansitra li wieħed jista’ jgħix fuqhom. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu waqt konferenza tal-aħbariiet minn NASA.
Minn tal-inqas tliet pjaneti mis-seba’ li hemm qed jitqiesu bħala opportunità tad-deheb għall-astronawti biex jesploraw, dan hekk kif jinsabu f’pożizzjoni perfetta biex ikun hemm il-ħajja fuqhom. L-istess pjaneti jaf ikollhom ibħra fejn dan ifisser li verament jista’ jkun hemm il-ħajja fuqhom.
S’issa l-ebda sistema ta’ stilel ma nstab li hi simili daqs id-dinja, fejn saħansitra kien hemm ħsieb li hemm l-aljeni fuqha.
Jaf ikun il-każ li riċerkaturi ikollhom ċans isibu evidenza ta’ ħajja fuq dawn il-pjaneti. Minjaf, forsi fis-snin futuri, inkunu nistgħu nivjaġġaw fuq pjaneta oħra.