Fis-17 ta’ Ottubru ġiet organizzata attvita’ edukattiva sportiva oħra minn klabbs tal-Combat Sports maltin u għawdxin.
Is-sur Simon Chetcuti mill-‘Malta & Gozo Clubs United in Combat Sports’ flimkien mal-leġġenda finlandiż Yarkko Jussila fthemu biex jittella’ seminar f’pajjiżna għall-klabbs lokali. L-attivita’ saret f’Hal Farruġ u kellha attendendenza kbira. Madwar 120 atleta u 15-il coach ħadu sehem f’dan is-seminar.
Huma ġew indirizzati mill-organizzatur Simon Chetcuti u l-president tal-organizzazjoni Daniel Orsini. Tkellem ukoll Yarkko Jussila li faħħar lill-atleti maltin u għawdxin għal-livell li qed juru f’dan l-isport.
Is-seminar kien fuq qasam ta striking fuq boxing, regoli tal-K1 u anke kickboxing.
Intant tħabbar li s-sena d-dieħla se jsiru aktar attivitajiet simili biex l-atleti tagħna jitħarrġu aktar fil-fond tal-Combat Sports.