F’konferenza tal-aħbarijiet wara s-Summit straordinarju tal-Kunsill Ewropew, li fih ħa sehem il-Prim Ministru Robert Abela, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel sostna li l-assedju totali fuq l-Istraxxa ta’ Gaza, fil-Palestina, mhuwiex konformi mal-liġijiet internazzjonali.
Waqt dan is-summit li sar b’mod virtwali, il-mexxejja Ewropej osservaw minuta ta’ silenzju għal vittmi fil-Lvant Nofsani u anki fil-Belġju – f’dan tal-aħħar wara l-attakk terroristiku li seħħ it-Tnejn filgħaxija fi Brussell.
F’dan is-Summit staordinarju tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Malti Robert Abela għadda l-messaġġ li pajjiżna huwa favur il-paċi u anki kontra l-qtil ta’ persuni ċivili.
Dr Abela tenna fuq il-messaġġ ta’ Charles Michel, dak li l-liġi internazzjonali għandha tkun irrispettata bejn dawk involuti.
AQRA WKOLL: