Il-gwerra fil-Lvant Nofsani, li issa ilha fuq ġimgħa, kompliet tintensifika.
Fl-isptar ta’ Gaza, is-sitwazzjoni hija waħda prekarja, hekk kif il-provvista tal-fuel għad-dawl mistennija tispiċċa fis-sigħat li ġejjin.
Dan intqal mill-Ġnus Maqgħuda, fejn tenniet li jekk l-isptar ta’ Gaza jispiċċa mingħajr elettriku jfisser aktar telf ta’ ħajjiet għall-eluf ta’ pazjenti li qed jieħdu l-kura.
Dan hekk kif wara l-attakk mill-grupp Hamas fuq l-Iżrael, disat ijiem ilu, il-Gvern Iżraeljan qata’ l-provvista tal-fuel għall-elettriku.
In-nies maqtula f’dan il-kunflitt fil-Lvant Nofsani huma kważi 2,500 f’Gaza, waqt li f’Iżrael inqatlu aktar minn 1,400 persuna.