F’aġġornament mill-Pulizija dwar il-qtil doppju li seħħ il-Ħadd filgħodu fil-Marsa, jirriżulta li l-allegat agressur ġie identifikat bħala raġel mill-Ghana ta’ 34 sena li joqgħod f’parti oħra tar-razzett fejn seħħ id-delitt. Tard waranofsinhar ġie ukoll ikkonfermat li r-raġel ma ġarrabx ġrieħi.
Waqt l-investigazzjonijiet ġie kkonfermat li ż-żewġ persuni li assistew sabiex jitwaqqaf l-agressur, kienu mara u raġel min-Niġerja li jgħixu wkoll fl-istess razzett.
Irriżulta wkoll li l-arma li allegatement intużat hija mqass kbir li jintuża bħala għodda.
Fl-aħħar xhur kienu d-diversi rejds mill-Pulizija f’diversi postijiet fejn mhux suppost illi jintużaw bhala residenzi.
L-inkjesta Maġisterjali kif ukoll l-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.