Gerad Mifsud ta’ 21 sena, ingħata l-ħelsien mill-arrest, wara li wieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi lil raġel ieħor, f’argument din il-ġimgħa, f’Marsalforn, f’Għawdex.
Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex, nhar il-Ġimgħa li għadda.
Fil-Qorti, nstema kif il-ġlieda seħħet il-Ħamis fi Triq Ulisse. Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, ikkunsidrat ukoll il-kondotta nadifa tal-akkużat u b’hekk huwa nħeles mill-arrest.