Aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu , il-Pulizija ġiet infurmata li
kien seħħ inċident tat-traffiku fi Vjal Ragusa, il-Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta
bejn Peugeot 2008 misjuq minn raġel ta’ 35 sena u mutur Honda WW125 misjuq minn raġel
ta’ 33 sena residenti l-Imġarr.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 33 sena l-Isptar Mater Dei
sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.