Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar, f’San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li anzjana ta’ 74 sena u mill-Imsida, intlaqtet minn Toyota Yaris li kienet qed tinstaq minn anzjana ta’ 66 sena minn San Ġwann.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.