Erba’ żrinġijiet ġodda, li tant huma żgħar li joqgħodu fuq id-difer tas-suba’ l-oħxon, instabu f’foresti fl-Indja. Dan wara diversi snin ta’ esplorazzjoni fil-foresti Kerala u Tamil Nadu.
Iż-żrinġijiet, li huma fost l-iżgħar fid-dinja, jgħixu fuq l-art fil-foresta u jgħamlu ħsejjes qishom insetti tul il-lejl.
Instabu wkoll tliet speċi kbar ta’ żrinġijiet, fejn issa l-ammont totali ta’ żrinġijiet li joħorġu tul il-lejl fil-Western Ghats huwa ta’ sebgħa.