Li persuna tfittex l-għajnuna biex tindirizza l-isfidi fis-saħħa mentali, mhuwiex sinjal ta’ dgħufija.
Dan kien il-messaġġ ewlieni li tat mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, waqt li kienet qed tindirizza konferenza internazzjonali fi Brussell fil-Jum Dinji li jfakkar il-bżonn ta’ aktar għarfien dwar is-saħħa mentali.
Fil-konferenza organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, Dr Abela rrimarkat li fiż-żmien li ġej se tagħti viżibilità lil inizjattiva importanti fl-iskejjel Sekondarji dwar għajnuna tanġibbli biex żgħażagħ jindirizzaw is-saħħa mentali.
Qalet “A recent initiative focusing on mental health support in secondary schools, which I will be thrilled to announce and give more details in the coming days, is raising more awareness about mental health issues among young people.”
Fid-diskors tagħha, quddiem il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel, Stella Kyriakides, u r-Reġina Mathilde tal-Belġju, Dr Abela saħqet li rridu nsaħħu l-kuxjenza favur is-saħħa mentali u s-soċjetà jkollha iżjed għarfien.
Qalet li proġetti fost it-tfal u ż-żgħażagħ jgħinu biex jintlaħaq dan il-għan, filwaqt li tiġi miġġielda l-istigma li teżisti fuq is-suġġett.
Qalet“Everybody matters to us. In the grand tapestry of life, we often focus on our physical well-being, but we must remember that mental health is just as essential. Mental health affects people of all ages, backgrounds and walks of life. Let us strive to create a world where we can openly talk about mental health. Where seeking help is an assign of strength.”
Wara d-diskors ta’ Dr Abela, tkellem iż-żagħżugħ Gilmour Borg li mhux biss hu atleta li kiseb għadd ta’ midajli fl-Olimpjadi Speċjali ta’ Malta, fosthom dik tad-deheb, iżda hu wkoll Ambaxxatur Internazzjonali tal-Olimpjadi Speċjali.
Fl-intervent tiegħu, Borg qal li meta kien żgħir hu kien jiġi rredikolat minn sħabu fl-iskola, għax qajla kien jitkellem minħabba l-kundizzjonijiet li kellu.
F’dan il-kuntest, qal li t-taħriġ li rċieva taħt il-kappa ta’ Special Olympics Malta bnieh u għamlu b’saħħtu, u għenu jagħmel suċċess f’ħajtu.
Fid-dawl ta’ dan hu rringrazzja lis-Special Olympics u talab biex ilkoll nqumu u noffru soċjetà sigura lil kulħadd ħalli nevitaw l-isfidi tas-saħħa mentali.